Dun George Schembri

 

dungeorgeschembriFl-istess ġurnata li fl-Imqabba ġie appuntat kappillan ġdid wara li fid-9 ta’ Lulju 2012 il-Kappillan Dun Nazzaren Caruana mar jingħaqad mal-Mulej għall-mistrieħ ta’ dejjem ġie appuntat ukoll Dun George Schembri, saċerdot novell mill-Parroċċa ta’ San Ġorġ, Ħal Qormi.

 

Dun George ġie ordnat qassis nhar id-29 ta’ Ġunju 2012. Dun George ser ikun qed iservi bħala assistent tal-Kan. Dun George Spiteri. Is-Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V tal-Imqabba tixtieq tawgura lil Dun George Schembri ħidma pastorali fejjieda fil-Parroċċa tal-Imqabba.

 

Ad Multos Annos