L-Unur Nazzjoni – Wirt Artistiku 2019

Programm tal-Festa Titulari Santa Marija Mqabba 2017

Is-Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V tal-Imqabba flimkien mal-Għaqda tan-Nar Santa Marija nhar it-Tlieta, 16 ta’ April ġiet mogħnija bl-unur Wirt Artistiku 2019. Delegazzjoni mis-Soċjetà Santa Marija flimkien ma oħrajn mill-Għaqda tan-Nar Santa Marja tal-Imqabba irċevew dan l-unur waqt is-serata finali tal-Premju ghall-Arti li sar ġewwa t-Teatru Manoel fil-preżenza tal-ET Dr. George Vella President ta’ Malta u li fieh ġew ippremjati l-aqwa talenti lokali fl-isfera tal-Arti.

 

Dan l-Unur huwa frott il-ħidma u d-dedikazzjoni tal-istess Soċjetà u l-fergħat fi ħdana; ħidma kbira għad unur il-wirt artistiku nazzjonali nnifisu f’diversi forom bħal armar, mużika u ċelebrazzjonijiet festivi miż-żgħażagħ b’ lenti partikulari fuq il-qasam pirotekniku li tant għalijh din is-Soċjetà hija magħrufa u li din is-Soċjetà dejjem iddistingwiet lilha nnifisha.

 

Dan l-unur huwa ddedikat lil mijjiet ta’ persuni li tant ħadmu matul iż-żmien u li qiegħdin jaħdmu sabiex isem is-Soċjetà jkompli jiddistingwi ruhu fil-quċċata tal-isfera Artistika u Kulturali Nazzjonali.