L-Għaqda Armar

 

Għaqda tal-ArmarFil-ġranet tal-festa, l-Għaqda tal-Armar tieħu ħsieb iżżejjen il-pjazza u t-toroq tar-raħal bl-ifjen u l-isbaħ armar. Dan l-armar huwa riżultat ta’ ħidma kontinwa minn għadd ta’ membri speċjalment żgħażagħ fi ħdan l-istess għaqda li ta’ kull sena jagħtu sehemhom biex jitniehdu opri artistiċi bħal trofej, pedestalli, pavaljuni, liedna u festuni. Din il-ħidma ssir b’kollaborazzjoni mas-Sezzjoni Żgħażagħ u l-Fergħa tan-Nisa, permezz ta’ għajnuna finanzjarja minn diversi benefatturi. Imbagħad, wara sena ta’ ħidma u stennija, ilkoll flimkien jikkontribwixxu wkoll biex jitpoġġa l-armar fil-pjazza u fit-toroq tar-raħal fil-jiem tal-festa, kif ukoll fiż-żarmar hekk kif il-festa tiġi fi tmiemha. Sadanittant tkompla x-xogħol fuq il-planċier il-ġdid sabiex jilqa’ fuqu l-Banda Re Ġorġ V kif ukoll tkompla x-xogħol fuq il-proġett għal Triq Karmenu Ciantar. Fil-fatt propju ħames statwi diġà ġew imżanżna għal din it-Triq li jirrafiguraw lil San Ġwann il-Battista, San Ġużepp, Santa Eliżabetta, Rebekka u Żakkarija, kollha xogħol l-iskultur Aaron Camilleri Cauchi.

 

Fost il-ħafna armar li jlibbes lir-raħal tagħna għall-festa titulari nsibu l-Inkurunazzjoni tal-Madonna magħrufa aktar bħala ‘l-kolonna’ kif ukoll sett ta’ statwi li jirranpreżentaw lill-appostli. L-istatwi ta’ Sant’ Anna u San Ġwakkin jiġu armati fuq iz-zuntier tal-Knisja Parrokjali filwaqt li t-toroq prinċipali jintramaw b’pavaljuni sbieħ speċjalment dawk ta’ Triq Santa Katarina, li huma kollha pittura. It-triq tan-nofs, Triq il-Parroċċa tiġi armata b’sett ta’ anġli. Ma jistax jonqos sett ta’ fjuretti u bandalori li jkomplu jsebbħu l-pjazza tar-raħal. Attrazzjoni huma sett ta’ pedestalli, gastri u trofej kollha irħamar xogħol ta’ diversi voluntiera fi ħdan din l-għaqda.

 

armar armar01 armar02 armar03 armar04 armar05 armar06 armar07 armar08 armar09 armar10 armar11

 Filmati