Go Reds adoloxxenti TITULARI

Go Reds adoloxxenti TITULARI ġie mwaqqaf uffiċjalment nhar is-Sibt l-1 ta’ Frar 2014 fuq inizjattiva ta’ diversi partitarji fi ħdan is-Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V tal-Imqabba.

 

L-iskop ta’ dan il-grupp huwa li dawn il-blanzuni taż-żgħożija jkollhom idea ta’ x’inhu kumitat u jitrawmu b’ċertu responsabbiltajiet u valuri, filwaqt li jkunu mħeġġa jaqsmu l-ideat u l-opinjonijiet tagħhom. L-attivitajiet isiru kull nhar ta’ Sibt bejn l-4:00pm u l-5:30pm. Għall-aktar informazzjoni ċemplu fuq 79275881 jew 79242705.

 

Għalhekk l-appuntament regolari għall-adolexxenti hu kull nhar ta’ Sibt bejn l-4:00pm u l-5:30pm ġewwa l-Każin ta’ Santa Marija. NARAWKOM!