King George V Youth Band

L-ewwel Youth Band rikonoxxuta fl-Imqabba bl-isem ta’ King George V Youth Band twaqqfet fl-4 ta’ Diċembru 2015. Dan seħħ wara li l-Banda Re Ġorġ V irċeviet għajnuna ta’ fondi mill-Aġenzija Żgħażagħ, diversi żgħażagħ li gawdew minn dan il-proġett urew ix-xewqa li jiffurmaw youth band. B’hekk, bis-support kontinwu tal-Kumitat Eżekuttiv flimkien mas-surmast Mro David Agius u mal-bandisti żgħażagħ dinamiċi, twaqqfet il-King George V Youth Band, fergħa mnissla mill-Banda Re Ġorġ V. Din il-youth band, l-ewwel waħda tax-xorta tagħha fl-Imqabba, twaqqfet bil-għan li tikkumplimenta l-Banda ewlenija waqt li tkun aktar iffukata fuq l-element żagħżugħ u sservi ta’ inkoraġiment għall-allievi li kontinwament jattendu għat-tagħlim tal-mużika s-sede tagħna.

 

L-ewwel impenn mużikali ta’ din il-youth band seħħ fi l-Youth Village organizzat mill- Aġenzija Żgħażagħ, nhar it-13 ta’ Diċembru 2015 ġewwa Santa Venera. Wara, il-King George V Youth Band kienet impenjata fl imkien mal-Banda Re Ġorġ V għal kunċert tal-għola livell li ttellgħa fl -okkażjoni tal-għaxar edizzjoni ta’ La Semana Santa fl -Imqabba. Hawnhekk ma nistax ma nirringrazzjax minn qalbi lis-surmast bravu Mro David Agius u kif wkoll lill-assistent surmast Mro René Camilleri għall-ħidma kontinwa u li jwassal sabiex il-livell tal-mużika jinsab fl -livell għoli ħafna u permezz ta’ dan, il-Banda tagħna hija waħda mill-Baned stabbiliti u rinomati f’pajjiżna. Minn hawn inħeġġeġ lil dawk kollha li huma interessati fi t-tagħlim tal-mużika sabiex jingħaqdu man-numru dejjem jikber ta’ allievi li taħt id-direzzjoni u l-attenzjoni tas-surmast u l-assistent surmast, qed tingħatalhom opportunità mhux biss li jitgħallmu livell bażiku ta’ mużika iżda li l-livell milħuq ikun wieħed superjuri.