Attivitajiet u Midja

Is-Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V hija għaqda attiva matul is-sena kollha. Dan hu possibli bis-saħħa tad-diversi fergħat fis-Soċjetà li jieħdu ħsieb jorganizzaw attivitajiet b’mod regolari sabiex il-partitarji u l-ħbieb tagħhom ikunu jistgħu jattendu u  jkomplu jissoċjalizzaw bejniethom.

 

Permezz tal-midja, is-Soċjetà twassal il-memorji tal-attivitajiet fil-format ta’ ritratti kemm dawk riċenti kif ukoll dawk aktar antiki. Permezz tal-filmati u awdjo, il-partitarji għandhom il-kumdità li jerġgħu jġeddu l-memorji jew jaraw xi attività li għal xi raġuni ma jkunux setgħu jattendu għaliha. Fuq kollox iservu ta’ tifkira għall-ċerti mumenti imprezzabli.

 

Is-Soċjetà tieħu ħsieb ukoll diversi pubblikazzjonijiet, kemm dawk li jitqassmu fid-djar, kif ukoll dawk elettroniċi, biex b’hekk iżżomm lill-partitarji dejjem aġġornati mad-diversi forom ta’ ħidma u attivitajiet li jkunu qegħdin jitħejjew.