Personaġġi distinti Mqabbin

Wieħed jistagħġeb kif f’raħal żgħir bħal tagħna, kemm fl-imgħoddi, fil-passat reċenti u anke fil-preżent, kien u għad hawn nies li dejjem kienu lesti jagħtu l-kontribut tagħhom fis-soċjetà Maltija. Hija għalhekk ir-responsabbiltà ta’ kull wieħed u waħda minna li nkomplu nżommu l-identità ta’ dan ir-raħal filwaqt li ninkoraġixxu u nħeġġu liż-żgħażagħ tar-raħal tagħna biex jagħtu l-kontribut tagħhom fis-soċjetà Maltija u fl-oqsma kollha tal-ħajja.

 

Diretturi tal-Banda

• Guzeppi Galea – Direttur tal-Orkestra ‘Santa Marija’

• Mro Joseph Tonna – Direttur tal-Banda Lily

• Mro Leonard Spiteri – Direttur tal-Banda Re Ġorġ V

• Mro Julio Tanti – Direttur tal-Banda Lily

• Mro Anthony Camilleri – Direttur tal-Banda Re Ġorġ V

 

Kittieba

• Dun Lawrenz Zammit – Kittieb Storiku

• Dun Nikola Zammit – Kittieb Prolifiku u Editur

• Francis Xavier Mangion – Kittieb

• Joseph Farrugia – Kittieb

 

Nies tas-Sengħa

• Mikielang Sapiano – Arluġġar

• Guzeppi Ghigo – Innovazzjonijiet fin-nar ta’ l-art

• Pawlu u Baskal Xuereb – Bennejja

• Gelarmo Dingli – Statwarju

• Mikiel Ellul – Fotografu

 

Politiċi

• Dun Alfons Caruana – Politiku

• Dr Louis Galea – Politiku

 

Fil-Qasam Edukattiv u Reliġjuż

• Patri Karm Zammit – Saċerdot