Is-Sezzjoni Żgħażagħ

 

sezzjonizghazaghlogo

Is-Sezzjoni Żgħażagħ Santa Marija ila sa mit-twaqqif tagħha f’Diċembru tal-1993 tagħti kontribut siewi lis-Soċjetà u lill-festa titulari ta’ Santa Marija. Din is-Sezzjoni tikkontribwixxi fil-kreattività u l-oriġinalità ta’ kif tiġi organizzata l-festa titulari ġewwa r-raħal tal-Imqabba. Matul is-snin is-Sezzjoni ħarġet b’ħafna ideat innovattivi f’kull rigward, b’mod partikulari fl-armar, briju, attivitajiet kulturali u sportivi, u tisħiħ ta’ relazzjonijiet ma’ żgħażagħ Imqabbin. Is-Sezzjoni Żgħażagħ taħdem skond pjan strateġiku mgħejjun b’ideat innovattivi, li jinħoloq ta’ kull sena mill-Kumitat tas-Sezzjoni sa minn xahar fuq tmiem il-festa bħala preparazzjoni għall-festa tas-sena ta’ wara. Kull attività tiġi organizzata b’livell mill-aktar għoli, u b’mod oriġinali għall-aħħar, fejn l-element żagħżugħ mimli b’entużjazmu u ħeġġa dejjem jiddomina. Ta’ min isemmi wkoll li propju f’Diċembru 2007, is-Sezzjoni Żgħażagħ Santa Marija tal-Imqabba saret l-ewwel għaqda li qatt rebħet l-ewwel post fil-kompetizzjonijiet tal-Milied. Dan wara li s-Sezzjoni tellgħet għat-tieni sena konsekuttiva Presepju Ħaj matul il-festi tal-Milied. Fis-sena 2013 is-Sezzjoni Żgħażagħ iċċelebrat l-għoxrin sena mit-twaqqif tagħha. Il-qofol taċ-ċelebrazzjonijiet intlaħqu fil-famuż marċ tat-Tielet Tridu fejn bħal kull sena, is-sorpriżi ma naqsux.

 

Ma nistgħux ma nsemmux l-attivitajiet varji li din is-Sezzjoni organizzat tul is-snin sa mit-twaqqif tagħha. Lura għas-sena 1993 is-Sezzjoni kienet strumentali sabiex grupp ta’ tfal minn Chernobyl ikunu mistiedna fil-każin tagħna biex ftit wara kellna grupp ta’ ommijiet refuġjati mill-Ukrajna għall-attività fl-okkażjoni ta’ Jum l-Omm. Il-‘Fun Run’ b’risq il-‘Cash for Cancer’ kient attività sportiva suċċess b’għan nobbli u filantropiku. Ta’ min isemmi wkoll il-wirja unika ‘La Semana Santa‘. Wirja ta’ statwi uniċi replika tal-istatwi Spanjoli li nsibu fil-Ġimgħa l-Kbira kif ukoll iċ-‘Ċenaklu Ħaj‘ li ġie mtellgħa fis-sotteran tal-każin. Il-wirja ‘La Semana Santa’ kienet strumentali sabiex l-E.T. Monsijur Pawlu Cremona OP, Arċisqof ta’ Malta għamel l-ewwel Żjara Pastorali ġewwa l-Imqabba. Bejn is-sena 2005 u 2006 ġie organizzat l-ewwel skambju kulturali bejn żgħażagħ Imqabbin u oħrajn minn Cirò ġewwa l-Italja. Is-Sezzjoni Żgħażagħ kienet ukoll strumentali fil-bini ta’ sorpriżi uniċi għar-raħalna li jintużaw waqt il-briju tal-marċi. Dawn huma l-imrewħa, il-bandalora, l-umbrelluni u l-gwarniċun mekkanizat flimkien ma’ sistema ta’ kumpressuri tal-arja li jisparaw il-karti. Is-Sezzjoni Żgħażagħ kienet ukoll strumentali sabiex tiżżanżan waħda mill-istatwi fi Triq Karmenu Ciantar.

sezzjonizghazagh01 sezzjonizghazagh02 sezzjonizghazagh03 sezzjonizghazagh04 sezzjonizghazagh05 sezzjonizghazagh06 sezzjonizghazagh07 sezzjonizghazagh08 sezzjonizghazagh09 sezzjonizghazagh10 sezzjonizghazagh11 sezzjonizghazagh12 sezzjonizghazagh13 sezzjonizghazagh15 IM000597.JPG sezzjonizghazagh17 sezzjonizghazagh14 sezzjonizghazagh18 sezzjonizghazagh19 Unknown sezzjonizghazagh21 sezzjonizghazagh22 sezzjonizghazagh23 sezzjonizghazagh24sezzjonizghazaghKumitat1993-1994 sezzjonizghazaghKumitat1993-1994-2 sezzjonizghazaghKumitat1994-1996 sezzjonizghazaghKumitat1996-1997 sezzjonizghazaghKumitat1997-1998 sezzjonizghazaghKumitat 1998-1999 sezzjonizghazaghKumitat 1999-2000 sezzjonizghazaghKumitat2000-2003 sezzjonizghazaghKumitat2003-2004sezzjonizghazaghKumitat 2004-2005 sezzjonizghazaghKumitat2004-2005-2 sezzjonizghazaghKumitat 2005-2006 sezzjonizghazaghKumitat2005-2006-2sezzjonizghazaghkumitat 2010-2011 sezzjonizghazaghkumitat 2011-2012 sezzjonizghazaghkumitat 2011-2012-2

 Filmati