Jum il-Ħruġ tal-Istatwa Titulari fuq iz-Zuntier – Il-Ħamis, 9 ta’ Awwissu 2018

8.00am Ħruq ta’ murtali tal-bomba u murtaletti.

 

12.00pm Ħruq ta’ murtali tal-bomba u murtaletti.

 

6.30pm Quddiesa kantata, talba tal-kwindiċina u barka sagramentali. Imexxi Fr Trevor Fairclough.

 

7.30pm Isir il-ħruġ solenni tal-istatwa titulari ta’ Santa Marija fuq iz-zuntier tal-knisja u wara jitkanta l-innu Ave Maris Stella u l-antifona. Hekk kif il-Vara artistika u devota ta’ Santa Marija tfeġġ fuq iz-zuntier, tiġi milqugħa mill-Banda Re Ġorġ V bid-daqq ta’ innijiet Marjani. Mal-Banda tieħu sehem ukoll is-Sopran Imqabbija, is-Sinjorina Roberta Mallia. Inħeġġu lil kulħadd sabiex wara ninġabru lkoll fil-knisja għal funzjoni qasira. Waqt il-ħruġ isir ħruq ta’ salut, musketterija, kaxxa infernali u murtaletti bil-logħob. Wara kulħadd huwa mħeġġeġ sabiex ninġabru lkoll fil-knisja għal funzjoni qasira.

 

8.30pm Il-Banda Re Ġorġ V taħt id-direzzjoni ta’ Mro David Agius tagħti bidu għall-ewwel marċ tagħha li jibda mill-Pjazza tal-Knisja.  Il-marċ jgħaddi hekk: Triq Santa Katarina, Triq il-Kileb, Triq iċ-Ċavi, Triq Santa Marija, Triq Santa Katarina, Misraħ il-Ġublew tad-Djamanti, Triq is-Sejba, Misraħ il-Missjoni ż-Żgħira , Triq il-Madonna tal-Ġilju għall-Pjazza tal-Knisja u jintemm quddiem il-Każin.

 

9.30pm Ħruq ta’ murtali tal-beraq pront u tal-kulur.

 

11.00pm Ħruq ta’ musketterija ma’ tmiem il-marċ. Wara jsir ħruq ta’ logħob tan-nar tal-art.