Lejliet il-Festa – It-Tlieta, 14 ta’ Awwissu 2018

8.30am Quddiesa solenni minn Fr. Trevor Fairclough. Wara jitkanta t-Te Deum u l-antifona Beata Mater.

 

9.30am Mad-daqq tat-Te Deum ikun hemm ħruq ta’ musketterija, kaxxa infernali u diversi murtaletti bil-logħob.

 

11.45am Ħruq ta’ murtali tal-bomba u murtaletti bil-logħob.

 

6.30pm Transulazzjoni solenni tar-Relikwa minn Triq id-Duluri lejn il-Kappella tad-Duluri fejn isir l-inċensar tar-Relikwa u jsir it-talb. It-Transulazzjoni tkompli mit-Triq tan-nofs għal ħdejn il-Każin ta’ Santa Marija u wara fil-Knisja. Wara Salve Regina. Imexxil-Arċisqof Emeritu Mons. Etienne Sciberras. Wara quddiesa kantata u ċelebrazzjoni ewkaristika, immexxijja mill-istess Monsinjur. Mal-ħruġ tal-purċissjoni tat-Tranżulazzjoni jkun hemm ħruq ta’ salut, kaxxa infernali u wirja kbira ta’ settijiet ta’ murtaletti bil-logħob.

 

8.00pm Il-Banda San Mikiel ta’ Ħaż-Żabbar taħt id-direzzjoni ta’ Mro David Agius A.Mus LCM, A.Mus VCM(Hons),ALCM tesegwixxi programm strumentali quddiem il-Każin u wara tagħmel marċ li jibda minn quddiem il-Każin u jkompli għal Triq it-Troll, Triq is-Sejba, Triq Santa Katarina, Triq San Innoċenzju, Triq Mikielanġ Sapiano,
Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija, Triq Karmenu Ciantar u jintemm fil-Pjazza quddiem il-Każin.

 

8.30pm Il-Banda Re Ġorġ V taħt id-direzzjoni ta’ Mro David Agius A.Mus LCM, A.Mus VCM(Hons), ALCM tibda marċ minn quddiem is-sede tas-
Soċjetà. 

 

9.30pm Jingħata bidu għall-ispettaklu kbir u innovattiv ta’ logħob tan-nar tal-ajru sinkronizzat mal-mużika li jinkludi salut, bombi sinkronizzati, blalen u disinni, sfejjer, baraxxijiet kbar u spettakolari, it-Torri tad-Dawl, settijiet ta’ murtali tradizzjonali tal-beraq pront, beraq tal-kulur, beraq bil-logħob
u murtali tal-kulur. Ix-xogħol sinkronizzat se jinħaraq bis-sistemi kompjuterizzati FireOne u Ten2.

 

10.00pm Il-Banda San Mikiel ta’ Haż-Żabbar taħt id-direzzjoni ta’ Mro David Agius tagħlaq is-serata mużikali permezz ta’ programm strumentali quddiem il-Każin.

 

11.30pm Wirja kbira ta’ logħob tan-nar tal-art oriġinali u mekkanizzat.