It-Tielet Jum tat-Tridu – It-Tnejn, 13 ta’ Awwissu 2018

8.00am Ħruq ta’ murtali tal-bomba u murtaletti.

 

8.00am Quddiesa kantata.

 

12.00pm Ħruq ta’ murtali tal-bomba u murtaletti.

 

6.30pm Quddiesa solenni. Iqaddes il-Kan. Dr. Jonathan Farrugia. Jipprietka Dun George Schembri. Wara, Talba tal-Kwindiċina, Innu, Salve Reġina, Litanija, Antifona u Barka Sagramentali.

 

8.15pm Mal-Barka Sagramentali fi tmiem il-funzjoni tat-Tridu jsir ħruq ta’ musketterija u murtaletti bil-logħob.

 

9.00pm Il-Banda tas-Soċjetà Santa Marija, il-Banda Re Ġorġ V, taħt id-direzzjoni ta’ Mro David Agius A.Mus LCM, A.Mus VCM(Hons), ALCM, tibda l-marċ tradizzjonali tal-aħħar tridu organizzat u mmexxi miż-żgħażagħ. Bħas-soltu, jakkumpanja l-marċ il-briju tas-soċji u partitarji. Wara l-marċ jingħata bidu għal spettaklu kbir li jinkludi filmati awdjoviżivi u spettaklu mħejji mis-Sezzjoni Żgħażagħ fl-okkażjoni tal-25 sena anniversarju, fil-Pjazza quddiem is-Sede tas-Soċjetà.

 

9.30pm Ħruq ta’ murtali tal-beraq pront u tal-kulur.

 

11.30pm Ħruq ta’ musketterija ma’ tmiem il-marċ. Wara jsir ħruq ta’ logħob tan-nar tal-art.