It-Tieni Jum tat-Tridu – Il-Ħadd, 12 ta’ Awwissu 2018

8.00am Ħruq ta’ murtali tal-bomba u murtaletti.

 

8.30am Quddiesa kantata.

 

12.00pm Ħruq ta’ murtali tal-bomba u murtaletti.

 

6.30pm Quddiesa solenni. Iqaddes Patri Joe Zahra OP. Jipprietka Dun Noel Camilleri D’Amato. Wara, Talba tal-Kwindiċina, Innu, Salve Reġina, Litanija, Antifona u Barka Sagramentali.

 

8.15pm Mal-Barka Sagramentali fi tmiem il-funzjoni tat-Tridu jsir ħruq ta’ musketterija u murtaletti bil-logħob.

 

8.30pm Il-Banda Unjoni ta’ Ħal Luqa taħt id-direzzjoni tas-Surmast direttur tagħha John D. Zammit F.V.C.M. tagħmel marċ li jibda minn quddiem il-Każin u tkompli tallegrana b’sett marċi brijużi kif ġej: Triq il-Madonna tal-Ġilju, Triq l-Aħwa Ghigo, Triq il-Barumbara, Triq il-Madonna tal-Ġilju, Triq ix-Xriek, Triq il-Mitħna, Triq it-Troll, Triq il-Pal, Misraħ Ġublew tad-Djamanti, Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija, Triq il-Murselli, Triq Ħal Kirkop, Triq l-Ispnar, Triq il-Familja Brancati, Triq it-Torba, Triq iż-Żurrieq, Triq Saljatura, Triq il-Qrendi, Misraħ Ġublew tad-Djamanti, Triq Santa Katarina, Triq il-Kileb, Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija, Triq Karmenu Ciantar, il-Pjazza tal-Knisja u jintemm fil-Pjazza quddiem il-Każin.

 

9.30pm Ħruq ta’ murtali tal-beraq pront u tal-kulur.

 

11.30pm Ħruq ta’ musketterija ma’ tmiem il-marċ. Wara jsir ħruq ta’ logħob tan-nar tal-art.