George Busuttil

 

George Busuttil

George Busuttil twieled l-Imqabba fit-30 ta’ Ottubru 1942 bin Anthony u Rita née Ciantar. Studja fl-Iskola Primarja tal-Imqabba u wara kompla fil-Liċeo u l-Kulleġġ tal-Għalliema. Ħadem bħala għalliem fl-iskejjel Primarji u Sekondarji u rtira bħala Assistent Surmast tal-Junior Lyceum. Iżżewweġ lil Mary née Mifsud u kellhom tlett itfal. Wara l-mewt ta’ martu Mary, iżżewweġ lil Lukky née Farrugia u mar joqgħod iż-Żurrieq.

 

Kien attiv fis-Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V bħala membru tal-kumitat fejn serva wkoll ta’ President bejn is-snin 1962 u 1966 kif ukoll bejn il-1977 u 1983. Bħala passatemp ewlieni kellu l-attivitajiet sportivi fejn ikkwalifika wkoll bħala kowċ fl-1972. Ikkowċja diversi timijiet tal-football u fost l-unuri li rebaħ hemm, il-kampjonat tal-ogħla Diviżjoni tal-futbol Malti ma’ Hibernians FC fis-sena 1976 biex wara rebaħ l-istess titlu ma’ Valletta fl-1990. George Busuttil offra wkoll l-għajnuna tiegħu ma’ Mqabba FC Youth Nursery b’riżq it-tfal Imqabbin. Għandu għal qalbu ħafna x-xogħol fil-Volontarjat. Fil-preżent jagħti sehem fl-organizzazjoni tal-purċissjoni tal-festa.