Corpo Bandistico Santa Vittoria in Matenano, Ascoli Piceno tal-Italja – 1997

 

Wara l-ewwel esperjenza tal-Banda Re Ġorġ V fi ħdan is-Soċjeta’ Santa Marija u Banda Re Ġorġ V barra minn xtutna, sewwasew ġewwa r-raħal pittoresk ta’ Santa Vittoria in Matenano provinċja ta’ Ascoli Piceno (illum provinċja ta’ Fermo), il-Banda Re Ġorġ V kellha bħala mistiedna speċjali għall-festa tal-1997 lill-istess Corpo Bandstico di Santa Vittoria in Matenano. Dan kien ukoll it-tieni parti tal-ġemellaġġ storiku li l-banda tagħna għandha ma’ din il-banda Taljana. Din l-esperjenza kienet l-ewwel darba għal din il-banda barra l-pajjiż. Dan il-ġemellaġġ ġie mogħni u rikonoxxut mill-Unjoni Ewropea bir-rebħ tal-unur sa issa uniku Les Étoiles d’Or du Jumelage fis-sena 1998.

 

Il-Corpo Bandsistico di Santa Vittoria in Matenao twaqqfet fis-sena 1906 taħt id-direzzjoni tas-Surmast Luigi Cirenei. Is-Surmast Direttur attwali huwa Mro. Franceso Mancini li huwa wkoll is-sindku tal-istess raħal. Il-banda tikkonsisti f’madwar 60 element differenti bil-maġġor parti tal-bandisti ġejjin mill-istess raħal ta’ Santa Vittoria in Matenano. Taħt is-surmast attwali din il-banda reġgħet ikkonfermat il-potenzjal tagħha bħala waħda mill-aħjar baned li jinstabu ġewwa l-provinċja ta’ Ascoli Piceno.

 

1997santavittoriamaterano 1997santavittoriamaterano-2