Mikiel Ellul

Mikiel EllulL-Imqabbi Mikiel Ellul, magħruf aħjar bħala z-Zakak, kien fotografu prim li kien magħruf għar-ritratti sbieħ li kien jieħu. Infatti, kien propju Mikiel Ellul li ħa l-famuż ritratt tal-Orkestra ta’ Santa Marija li deher fil-gazzetta “Il-Berqa” tal-Ġimgħa 16 ta’ Frar 1945, paġna 4. Taħt ir-ritratt insibu miktub “L-Arti tal-Mużika f’Raħal Imbiegħed. Orkestra, li tgħaqqdet bilkemm tmien xhur ilu taħt it-tmexxija tas-Sur Anthony Mamo L.R.S.M., megħjun mis-Sur Joseph Galea, l-President, fil-King George V Club, Mqabba, hi lesta biex tidher fil-pubbliku”. L-idea tar-ritratt kienet tal-President Joseph Bugeja, biex issir promozzjoni għall-orkestra.

 

Referenzi (tar-ritratti u kitba): Carmen Lia, Ġrajjiet is-Soċjetà Santa Marija u l-Banda Re Ġorġ V fl-Istorja tal-Imqabba, Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V, Mqabba, 1997, pg 167.