L-Ewwel Jum tat-Tridu – Is-Sibt, 11 ta’ Awwissu 2018

8.00am Ħruq ta’ murtali tal-bomba u murtaletti.

 

12.00pm Ħruq ta’ murtali tal-bomba u murtaletti.

 

6.30pm Quddiesa solenni. Iqaddes il-Kan. Dr Jonathan Farrugia. Jipprietka Dun Noel Camilleri D’Amato.. Wara, talba tal-kwindiċina, innu, Salve Reġina, litanija, antifona u barka sagramentali.

 

8.15pm Mal-Barka Sagramentali fi tmiem il-funzjoni tat-Tridu jsir ħruq ta’ musketterija u murtaletti bil-logħob.

 

8.15pm Il-Banda San Ġużepp ta’ Ħal Kirkop taħt id-direzzjoni ta’ Mro Brian Cassar tagħmel marċ li jibda minn quddiem il-Każin u jkompli kif ġej: Triq San Bażilju, Sqaq l-Isptar, Triq Triq Mikielanġ Sapiano, Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija, Triq il-Katakombi, Triq Ħal Kirkop, Triq Dun Nikol Zammit, Triq Dun Ġeraldu Mangion, Triq in-Nazzarenu, Triq Ħal Kirkop, Triq il-Ħajt tal-Matla, Triq George Martin, Triq Mons. Alfons Caruana, Triq Xandru Farrugia, Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija, Triq il-Barrieri, Triq il-Ħarriġiet, Triq l-Imterrqa, Misraħ il-Fidwa, Triq San Mikiel, Triq San Bażilju u Pjazza tal-Knisja u jintemm quddiem il-Każin.

 

9.30pm Ħruq ta’ murtali tal-beraq pront u tal-kulur.

 

11.30pm Ħruq ta’ musketterija ma’ tmiem il-marċ. Wara jsir ħruq ta’ logħob tan-nar tal-art.

Scroll to Top