Kfar Saba Community Concert Band mill-Iżrael (2001)

 

Din il-banda twaqqfet ġewwa l-belt ta’ Kfar-Saba f’Iżrael fil-1983. Il-fundaturi tal-banda, li kollha kemm huma għadhom attivi bħala bandisti fi ħdan il-banda, kienu Dr Shmuel (Samuel) Franco (Tenor Sax), Prof. Jonathan Aharonson (Kurunetta), Melvin Farris (Kurunetta) u Eli Zemer (F. Horn). L-għan ewlieni kien li jxerrdu l-mużika madwar il-belt ta’ Kfar-Saba.

 

Il-banda tikkonsisti f’madwar 60 element, ilkoll fuq bażi volontarja u li ġejjin minn kull settur tal-ħajja. Id-direttur attwali tal-banda huwa Mro Nachman Yariv. Ta’ min jgħid li l-ewwel darba li din il-banda esegwiet is-servizzi tagħha barra l-pajjiz kien proprju fil-festa Titulari ta’ Santa Marija ġewwa l-Imqabba.

 

Il-belt ta’ Kfar-Saba hija meqjusa minn ħafna bħala l-belt kapitali ta’ Iżrael fejn tidħol il-mużika. Biss din il-banda fl-umiltà tagħha tqis lilha nnifisha bħala banda modesta u żgħira b’qalb kbira għall-mużika. Din l-imħabba għall-mużika tista’ tiġi kkonfermata bit-twaqqif tal-Music Foundation fis-sena 1986 bl-iskop ewlieni li tgħallem it-tagħlim tal-mużika ġewwa Kfar-Saba lil kulħadd mingħajr ebda distinzjoni ta’ età.

 

2001kfarsaba01 2001kfarsaba02

Scroll to Top