Francis Xavier Mangion

Francis Xavier Mangion li twieled fl-1912, kien għalliem, surmast u spettur fid-Dipartiment tal-Edukazzjoni. Ħajtu qattagħha fit-tagħlim u fl-istudju tal-ilsna, l-aktar tal-Malti u tal-Ingliż, u b’dawn iż-żewġ ilsna ħareġ artikoli, bozzetti, kritika u poeżiji f’ħafna gazzetti u rivisti. Francis Xavier, iżda, jibqa’ magħruf għall-ktieb tiegħu “Il-Ġenna Mitlufa“, traduzzjoni tal-ktieb ta’ John Milton bit-titlu “Paradise Lost” u “Makbet“. Francis Xavier Mangion serva bħala President tal-Malta Union of Teachers (MUT) bejn l-1943 u 1946, filwaqt li fl-1953 ingħata l-Coronation Medal. Francis Xavier Mangion miet fl-1975.

 

Referenza: Charles Farrugia, L-IMQABBA Mal-Medda taż-Żmien, Pubblikazzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Imqabba u l-Knisja Parrokkjali f’għeluq l-erba’ mitt sena mit-twaqqif tal-Parroċċa tal-Imqabba, Malta, 1998, pp 214.

Scroll to Top