Dun Nikola Zammit

Dun Nikola ZammitDun Nikola Zammit twieled fl-Imqabba fl-24 ta’ Lulju 1888. Hu laħaq qassis fl-20 ta’ Settembru 1913 u bl-entużjażmu tiegħu beda joħroġ ħarġiet interessanti tal-‘Malta Missjunarja’, fl-1932. Hu kien iwiegħżen l-artikli miġbura minn diversi seminaristi fl-għorfa ta’ fuq tad-Dar tal-Assistenza ħdejn San Ġakbu l-Belt. Dak iż-żmien perjodiċi bil-Malti ftit li xejn kien hawn u dan kien għajn ta’ tagħlim reliġjuż fiż-żminijiet imbiegħda għall-Knisja Maltija.

Il-kontribut tiegħu ma jiqafx hawn għax hu ppubblika diversi kotba oħrajn dwar Ħajjet : Santa Gemma Galgani, Suor Beninja Consolata Ferrero u Santa Margerita ta’ Cortona. Ġabar f’żewġ volumi tagħlim li jwassal għal “It-Triq tal-Perfezzjoni Nisranija”.

Dun Nikola miet fid-Dar tal-Kleru, Fleur De Lys nhar il-11 ta’ Awwissu 1969.

Referenza: Carmen Lia

Scroll to Top