Dun Joe Bartolo

 

dunjoebartoloDun Joe Bartolo twieled nhar il-15 ta’ Ġunju 1944. Missieru Guzeppi u ommu Margerita xebba Micallef. Kien ġie ordnat qassis fil-15 ta’ Marzu 1970 mill-W.Rev. Monsinjur, Arċisqof ta’ Malta Mikiel Gonzi ġewwa l-Belt Valletta proprju fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann.

 

Qabel ma sar kappillan tal-Parroċċa tagħna ġewwa l-Imqabba, Dun Joe Bartolo wettaq ħidma pastorali fil-Parroċċa ta’ San Ġorġ ġewwa Ħal Qormi u fil-Parroċċa tal-Gżira. Fil-fatt kien beda l-ħidma pastorali ġewwa l-Imqabba nhar l-ewwel ta’ Jannar 1992.

 

Hu ħa l-pussess tiegħu fit-8 ta’ Frar 1992. Dam fostna għal aktar minn tnax-il sena u nofs fejn fost affarijiet oħra ta bidu għar-restawr fil-knisja kemm minn barra kif ukoll minn ġewwa. Issa, Dun Joe ġie msejjaħ biex jaqdi dmirijietu fil-Parroċċa ta’ Stella Maris.

 

Is-Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V tixtieq tirringrazzja lil Dun Joe Bartolo tal-ħidma fejjieda tiegħu fostna l-Imqabbin.

Scroll to Top