Immarka fid-Djarju

_________________________________________________________________________________________________________

La Semana Santa de Espana fl-Imqabba

Is-Sezzjoni Żgħażagħ Santa Marija tal-Imqabba tistiedinkom iżżuru l-wirja unika u oriġinali għall-gżejjer tagħna li tiffoka fuq il-Ġimgħa Mqaddsa fi Spanja.

 

Din il-wirja tikkonsisti fil-fuq minn 140 vari żgħar repliki ta’ dawk li naraw fl-ibliet Spanjoli. Il-vari huma kollha imlibsin bi ħwejjeġ ta’ drapp fin irrakmat, Kif ukoll, numru kbir ta’ ritratti tal-purċissjonijiet fi Spanja, pitturi u ilbies li jintuża waqt dawn il-purċissjonijiet, medaljuni u filmati min La Semana Santa fi Spanja.

_________________________________________________________________________________________________________

Kunċert Mużiko-Letterarju mill-Banda Re Ġorġ V

Il-Banda Re Ġorġ V tal-Imqabba fl-okkażjoni tal-ftuħ tal-Wirja La Semana Santa de Espana fl-Imqabba tippreżenta Kunċert Mużiko-Letterarju u rapreżentazzjoni tal-Passjoni nhar il-Ġimgħa, 12 ta’ Marzu fis-7:30pm ġewwa l-Iskola Primarja tal-Imqabba. Dħul bla ħlas.

 

_________________________________________________________________________________________________________