Il-Banda Kiryat mill-Iżrael (2000)

 

Mhux komuni li f’Malta niltaqgħu ma’ baned mil-lvant nofsani u fil-fatt aktar nisimgħu b’baned ġejjin mill-punet tal-Ewropa. Għaldaqstant is-Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V tal-Imqabba ħasbet ukoll sabiex ġewwa l-Imqabba nduqu wkoll dak li jafu joffru dawn il-bandisti. Il-Banda Kiryat li preżentament hija taħt id-direzzjoni ta’ Mro Haim Vinarsky, hija ffurmata minn ftit aktar minn tletin bandist u tista’ tgħid li turi t-talent tagħha fl-individwalità.

 

Fil-Banda Kiryat tispikka l-aktar il-Brass Section b’mod speċjali f’siltiet klassiċi u folkloristiċi. Il-poplu Mqabbi flimkien ma’ dawk id-dilettanti li għoġobhom iżuru l-Imqabba matul il-festa ta’ Santa Marija setgħu jgawdu din il-banda Lhudija nhar il-Ħadd 13 ta’ Awwissu 2000 f’kunċert fil-pjazza tar-raħal quddiem il-każin tas-Soċjetà.

 

Scroll to Top