IV Mechanised Ground Fireworks Festival – 2010

 

L-Għaqda tan-Nar tal-Art Santa Marija tal-Imqabba tifraħ li rebħet ir-IV Festival tan-Nar tal-Art li sar nhar is-Sibt 24 ta’ April 2010 fuq il-Fosos tal-Furjana lejlet il-Festa ta’ San Publiju organizzat mill-Kunsill Lokali tal-Furjana. Proprju dik is-sena, is-Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V tal-Imqabba ċċelebrat il-mitt anniversarju mit-twaqqif tagħha bħala ‘King George V Club’ fl-1910. Sa mit-twaqqif tagħha s-Soċjetà qatt ma ħarset lura imma baqgħet dejjem tgħolli isem is-Soċjetà, isem raħalna u fuq kollox isem Malta.

 

Fil-fatt l-Għaqda tan-Nar tal-Art Santa Marija rebħet tlett kategoriji; dak tal-oriġinalità, l-aħjar prodotti u l-aħjar mekkaniżmu. B’hekk l-Għaqda tan-Nar tal-Art Santa Marija tal-Imqabba ġiet iddikjarata bħala r-rebbieħa assoluta ta’ dan il-Festival Nazzjonali.

 

Dan il-premju jkompli jiżdied ma’ diversi suċċessi oħra miksuba mid-diversi għaqdiet fi ħdan is-Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V.

 

 

Scroll to Top