Il-Klabb Tfal tat-Titular

 

Tfal tat-Titular … ulied il-Padruna Santa Marija ġie mwaqqaf uffiċjalment nhar is-Sibt 20 ta’ Novembru 2010 fuq inizjattiva tas-Sezzjoni Żgħażagħ Santa Marija fi ħdan is-Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V tal-Imqabba.

 

L-għan prinċipali ta’ din is-sezzjoni ġdida hu sabiex it-tfal tar-raħal jinġabru f’ambjent ferrieħi u divertenti. Dan il-klabb qed jiltaqa’ kull nhar ta’ Sibt bejn is-2:00pm u l-4:00pm fis-swali prinċipali tal-każin. Fost l-attivitajiet varji li jiġu organizzati nsibu logħob, kant, krafta, u kif ukoll ħarġiet.

 

Il-ftuħ uffiċjali ta’ dan il-klabb ġdid kien jikkonsisti f’festin kbir għat-tfal mingħajr ħlas fejn kull tifel u tifla preżenti setgħu jilgħabu u jieħdu gost f’atmosfera ferriħija. Ġew organizzati kant, żfin, logħob bi premjijiet, kif ukoll l-ikel u x-xorb ma naqsux. Lejn l-aħħar ta’ din l-ewwel attività t-tfal inġabru kollha madwar kejk tal-okkażjoni u ttieħed ritratt kommemorattiv. Wara t-tfal kollha ngħataw membership card kull wieħed bħala turija li ssieħbu f’dan il-klabb Tfal tat-Titular.

 

Għalhekk l-appuntament regolari għal kull nhar ta’ Sibt bejn is-2:00pm u l-4:00pm ġewwa l-Każin ta’ Santa Marija. NARAWKOM!

Scroll to Top