La Semana Sañta fl-Imqabba

La Semana Sañta fl-Imqabba

Wirja li tiffoka kompletament fuq il-Ġimgħa Mqaddsa fi Spanja jew kif inhi magħrufa aħjar; La Semana Sañta, b’fok partikulari fuq ir-reġjun ta’ Andalucia speċjalment fuq l-ibliet ta’ Sevilla u Malaga.

 

Din il-wirja tikkonsisti il-fuq minn 150 vari żgħar repliki ta’ dawk li naraw fl-ibliet Spanjoli. Statwi li jirrapreżentaw episodji mill-passjoni ta’ Kristu fejn narawhom kolla imlebsin ilbies maħdum minn drapp fin u rakkmat bil-fidda, filegree u ganutell, xogħol kollhu maħdum minn artisti Mqabbin, partitarji tal-Istess Soċjetà Mużikali.

 

Wieħed isib ritratti tal-purċissjonijiet li jsiru fl-ibliet Spanjoli, pitturi u anke xi ilbies li jintuża waqt dawn il-proċessjonijiet u kollezzjoni ta’ medaljuni.

 

Sabiex wieħed jifhem u japprezza aktar it-tradizzjonijiet relatati mal-Ġimgħa Mqaddsa Spanjola waqt il-wirja ikunu għaddejin ‘features’ awdjo viżivi li jinkludu filmati u dokumentarji dwar il-kult u dak kollhu relatat ma din iċ-ċelebrazzjoni hekk importanti għall-poplu Spanjol. Ma tonqosx ukoll mużika Spanjola li tindaqq waqt dawn il-purċissjonijiet.

 

Attrazzjoni oħra huma żewġ statwi lifesize li jirrapreżentaw La Esperanza Macarena de Sevilla u dik ta’ El Cautivo de Malaga, kapulavur mill-aqwa u impekkabli, xogħol l-artist Għawdxi Michael Cutajar Zahra.

 

Ħinijiet tal-ftuħ:

Fost il-Ġimgħa: 5:30pm – 9:30pm

Ħadd il-Palm: 10:00am – 12:30pm, 5:30pm – 10:00pm

Ħamis ix-Xirka: 10:00am – 12:00pm, 5:00pm – 12:00am

Il-Ġimgħa l-Kbira: 9:00am – 1:00pm, 5:30pm – 10:00pm

Ħadd il-Għid: 10:00am – 12:00pm, 5:30pm – 8:30pm