Lest We Forget – il-Ġimgħa 27 ta’ Ottubru 2017

Lest We Forget - WWII Exhibition

Lest We Forget hija attivita għall familja kollha nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Ottubru 2017 fis 7pm organizzata mis-Soċjeta Santa Marija u Banda Re Ġorġ V sabiex jiġi mfakkar il-75 anniversarju mid-dħul tal-Konvoj ta’ Santa Marija ġewwa l-Port il-Kbir. Fil-Pjazza ewlenija tal-Imqabba wieħed ser ikun jista jara vetturi antiki militari ta dawk iż-żminijiet, suldati lebsin l-ilbies ta dik l-epoka, uniformijiet Inglizi kif ukoll Ġermaniżi.

 

Wieħed ser isib ukoll min fejn jixtri ikel tipiku ta’ dawk iż-żminijiet li kien jitqassam mill Victory Kitchen.

 

Fis-sala Marija Assunta wieħed jista jara l-wirja fejn ser ikun hemm esebiti Badges, Uniformijiet, Helmets, Ritratti u diversi għodod li kienu jintużaw fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija. Wieħed jista jara wkoll wirja ta’ ritratti tal-ħsarat li r-raħal tal-Imqabba ġarrab matul dawk iż-żminijiet tat-Tieni Gwerra Dinjija.

 

Dħul b’xejn