El Sagrado kunċert mill-Banda Re Ġorġ V tal-Imqabba

El Sagrado kunċert mill-Banda Re Ġorġ V tal-Imqabba

El Sagrado kunċert mill-Banda Re Ġorġ V tal-Imqabba fl-okkażjoni tal-inawgurazzjoni tal-wirja La Semana Santa de España fl-Imqabba. Il-Banda Re Ġorġ V ser ikollha jakkumpanjawha żeffiena professjonali minn Alegia Academia de baile Flamenco li flimkien ser ikunu qed jintroduċu kunċett ġdid għall-Ġimgħa Mqaddsa f’Malta fejn iż-żeffiena ser jiżfnu żfin Flamenco mal-Marċi Funebri Maltin u Mużika Sagra, bil-għan li jgħaqdu l-arti Maltija ma dik Spanjola. Il-Banda Re Ġorġ V ser tkun qed idoqq ukoll siltiet ta’ mużika Spanjola u dik Klassika.

 

Ser ikun hemm ukoll raprezentazzjoni animata ta’ episodji mill-Passjoni. Wara l-kunċert il-mistiednin huma mistiednajattendu għall-ftuħ uffiċjali tal-Wirja La Semana Santa de España u Ċenaklu Ħaj ġewwa Palazz Santa Marija.

 

Dan il-proġett huwa finanzjat mill-iskema Creative Communities, fond amministratt mill-Kunsill Malti għall-Arti u Kultura.