Ċenaklu Ħaj fl-Imqabba

Ċenaklu Ħaj fl-Imqabba

Is-Sezzjoni Żgħażagħ Santa Marija tal-Imqabba matul il-ġranet tal-Ġimgħa Mqaddsa ser tkun qed itella’ edizzjoni oħra taċ-Ċenaklu Ħaj fejn din in is-sena ser jieħu xejra differenti minn snin oħra.  L-Edizzjoni ta’ din is-sena qed tingħata titlu ‘it-Tradiment’ li tinkludi rapreżentazzjoni ta’ madwar 15-il minuta dwar it-tradiment li naqraw dwaru fil-Bibja. Tgħid Ġuda kien it-Traditur jew Ġuda ġie tradut?

 

Iċ-Ċenaklu Ħaj qed jitella fis-Sotterran tal-Palazz Santa Marija li jinsab fil-Pjazza tal-Imqabba f’dawn il-ġranet u ħinijiet:

 

1 ta’ April:  Wara l-Kunċert

7 ta’ April (Jum id-Duluri):  6:30pm – 8:00pm

9 ta’ April (Ħadd il-Palm):  11:00am – 12:30pm

13 ta’ April (Ħamis ix-Xirka):  7:00pm – 9:00pm

14 ta’ April (Il-Ġimgħa l-Kbira):  9:30am – 11:30am