Jum il-Ħruġ tal-Istatwa Titulari fuq iz-Zuntier – It-Tlieta, 9 ta’ Awwissu 2016

8.00am Ħruq ta’ murtali tal-bomba u murtaletti.

 

12.00pm Ħruq ta’ murtali tal-bomba u murtaletti.

 

6.30pm Quddiesa kantata, talba tal-kwindiċina u barka sagramentali. Imexxi il-Kappillan Fr. John P. Curmi.

 

7.30pm Isir il-Ħruġ Solenni tal-Istatwa ta’ Santa Marija fuq iz-zuntier tal-knisja fejn tiġi milqugħa mill-Banda Re Ġorġ V bid-daqq ta’ innijiet Marjani. Tieħu sehem ukoll is-Sopran Imqabbija, is-Sinjorina Francesca Farrugia. Waqt il-ħruġ isir ħruq ta’ salut, musketterija, kaxxa infernali u murtaletti bil-logħob. Wara kulħadd huwa mħeġġeġ sabiex ninġabru lkoll fil-knisja għal funzjoni qasira.

 

8.30pm Il-Banda Re Ġorġ V taħt id-direzzjoni ta’ Mro. David Agius tagħti bidu għall-ewwel marċ tagħha li jibda mill-Pjazza tal-Knisja. Il-marċ jgħaddi hekk: Triq il-Parroċċa, Triq id-Duluri, Triq il-Madonna tal-Ġilju, Triq l-Aħwa Ghigo, Triq il-Barumbara, Triq il-Madonna tal-Ġilju, Misraħ il-Missjoni ż-Żgħira, Triq is-Sejba, Misraħ il-Ġublew tad-Djamanti, Triq iż-Żurrieq, Triq it-Torba, Triq l-Ispnar, Triq il-Familja Brancati, Triq Ħal Kirkop, Triq il-Mentna, Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija, Misraħ il-Ġublew tad-Djamanti, Triq Santa Katarina, Triq il-Pal, Triq it-Troll, Triq il-Mitħna, Triq Santa Katarina, Triq Santa Marija, Triq iċ-Ċavi, Triq San Innoċenzju, Triq Santa Katarina, għall-Pjazza tal-Knisja u jintemm quddiem il-Każin.

 

9.30pm Ħruq ta’ murtali tal-beraq pront u tal-kulur.

 

11.00pm Ħruq ta’ musketterija ma’ tmiem il-marċ. Wara jsir ħruq ta’ logħob tan-nar tal-art.