Jum il-Festa – It-Tnejn, 15 ta’ Awwissu 2016

8.00am Ħruq ta’ murtali tal-bomba u murtaletti.

 

9.15am Quddiesa konċelebrata solenni bil-paniġierku minn Mons. Karm Refalo. Iqaddes il-Kappillan Fr. John P. Curmi. Mistednin l-għaqdiet soċjali flimkien mal-Kunsill Lokali.

 

9.30pm Mad-daqq tal-Glorja jkun hemm ħruq ta’ murtali tal-bomba, kaxxa infernali u murtaletti bil-logħob.

 

11.45pm Ħruq ta’ murtali tal-bomba akkumpanjat mid-daqq tas-sirena, segwit minn ħruq ta’ murtaletti bil-logħob.

 

1.30pm Il-Banda Re Ġorġ V għal darb’oħra mmexxija minn Mro David Agius tibda l-marċ popolari ta’ filgħodu minn quddiem il-Każin għal madwar it-toroq prinċipali tar-raħal.

 

6.00pm Għasar solenni minn Patri Joe Zahra OP. Salve Reġina u Litanija.

 

6.30pm Il-Bedford Town Band mir-Renju Unit taht id-direzzjoni ta’ Mro Ian Smith tagħmel marċ qasir fil-pjazza u wara tilqa’ l-Istatwa artistika u devota ta’ Santa Marija fuq iz-zuntier. Wara l-istess banda takkumpanja l-purċissjoni u tagħmel programm qasir ta’ Innijiet fuq il-planċier.

 

7.15pm Purċissjoni bl-istatwa artistika, devota u titulari tal-parroċċa mmexxija mill-istess ċelebrant. Waqt il-ħruġ tal-Purċissjoni bl-istatwa titulari u artistika ta’ Santa Marija mnaqqxa fl-injam u mogħnija b’pedestall tal-fidda, jiġi sparat salut. Hekk kif l-istatwa devota tal-Patruna tal-Imqabba toħroġ fuq iz-zuntier u tindaqq l-‘Ave Maria’, tinħaraq musketterija u kaxxa infernali spettakolari li se tkun tinkludi ħafna baraxxijiet u logħob ieħor u li tkun maħruqa bis-sistema kompjuterizzata PyroDigit. Wara l-kaxxa infernali jkun hemm wirja kbira ta’ murtaletti bil-logħob li jakkumpanjaw il-purċissjoni titulari.

 

8.45pm Hekk kif l-Istatwa tasal quddiem il-Każin tas-Soċjetà tagħna, il-Banda Queen Victoria taż-Żurrieq, taħt it-tmexxija ta’ Mro. A. Farrugia, L.Mus.L.C.M., tesegwixxi l-kbir Innu lil Marija Mtellgħa s-Sema, kompożizzjoni tal-maħbub u qatt minsi eks-Surmast il-Kav. G. Martin, A.Mus.L.C.M.,O.S.T.J., fuq versi tad-Direttur Spiritwali Patri J.M. Ghigo SJ. Ikantaw il-Baritonu Louis Cassar, it-Tenur Joseph Aquilina kif ukoll il-Kor Bel Canto taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Herman Farrugia Franz. Wara, bis-sehem tal-istess kor, jiġi esegwit l-Innu Marċ Popolari Marija Assunta, kliem u mużika tal-mibki Mro. Leonard Farrugia. L-istess banda tkompli bil-Programm Strumentali tagħha sakemm jasal il-ħin tad-dħul tal-purċissjoni meta terġa’ ssellem lil Ommna Marija Assunta bid-daqq tal-Ave Marija.p>
 

9.30pm Hekk kif jiġi esegwit l-Innu lil Santa Marija Mtellgħa s-Sema wara li l-istatwa titulari tkun waslet quddiem is-sede tas-Soċjetà Santa Marija, isir ħruq ta’ kaxxa infernali, murtali tal-beraq pront u tal-kulur.

 

10.15pm Antifona u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.

 

10.30pm Hekk kif il-purċissjoni bl-istatwa tal-Patruna tal-Imqabba tkun se tidħol, isir ħruq ta’ kaxxa infernali tal-kulur. Wara, fil-knisja, tingħata l-Barka Sagramentali flimkien mal-partitarji u dawk kollha involuti fil-logħob tan-nar bħala ringrazzjament lil Santa Marija.

 

10.30pm Wara r-ringrazzjament ġewwa l-knisja mill-membri u ammiraturi tan-nar, il-Bedford Town Band tagħlaq il-festa permezz ta’ mużika leġġera fuq il-planċier quddiem is-Sede tas-Soċjetà.