Lejliet il-Festa – Il-Ħadd, 14 ta’ Awwissu 2016

8.30am Quddiesa solenni mill-Kappillan Fr. John P. Curmi. Wara jitkanta t-Te Deum u l-antifona Beata Mater.

 

9.30am Mad-daqq tat-Te Deum ikun hemm ħruq ta’ musketterija, kaxxa infernali u diversi murtaletti bil-logħob.

 

6.30pm Tranżulazzjoni Solenni tar-Relikwa mmexxija mill-viċi Kappillan, Dun Ġorġ Schembri. Wara, Salve Reġina, Quddiesa Kantata u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. Mal-ħruġ tal-purċissjoni tat-Tranżulazzjoni jkun hemm ħruq ta’ salut, kaxxa infernali u wirja kbira ta’ settijiet ta’ murtaletti bil-logħob.

 

8.00pm Il-Banda San Mikiel ta’ Haż-Żabbar taħt id-direzzjoni ta’ Mro David Agius tibda marċ minn Triq il-Pal u jkompli hekk: Triq it-Troll, Triq is-Sejba, Triq Santa Katarina, Triq San Innoċenzju, Triq Mikiel Anġ Sapiano, Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija, Triq Karmenu Ciantar u jintemm fil-Pjazza quddiem il-Każin.

 

Il-Bedford Brass Band mir-Renju Unit taħt id-direzzjoni ta’ Mro Ian Smith tesegwixxi programm strumentali quddiem il-Każin u wara tagħmel marċ li jibda minn quddiem il-Każin u jkompli għal Triq il-Parroċċa, Triq id-Duluri, Pjazza tal-Knisja u jintemm fi Triq Karmenu Ciantar.

 

9.30pm Jingħata bidu għall-ispettaklu kbir u innovattiv ta’ logħob tan-nar tal-ajru sinkronizzat mal-mużika li jinkludi salut, bombi sinkronizzati, blalen u disinni, sfejjer, baraxxijiet kbar u spettakolari, it-Torri tad-Dawl, settijiet ta’ murtali tradizzjonali tal-beraq pront, beraq bil-logħob u murtali tal-kulur. Ix-xogħol sinkronizzat se jinħaraq bis-sistema kompjuterizzata PyroDigit.

 

10.00pm Il-Banda San Mikiel ta’ Haż-Żabbar taħt id-direzzjoni ta’ Mro. David Agius tagħlaq is-serata mużikali permezz ta’ programm strumentali quddiem il-Każin.

 

11.30pm Wirja kbira ta’ logħob tan-nar tal-art oriġinali u mekkanizzat.

 Filmati