It-Tielet Jum tat-Tridu – Is-Sibt, 13 ta’ Awwissu 2016

8.00am Quddiesa kantata.

 

8.00am Ħruq ta’ murtali tal-bomba u murtaletti.

 

12.00pm Ħruq ta’ murtali tal-bomba u murtaletti.

 

6.30pm Quddiesa solenni. Iqaddes il-Kappillan Fr. John P. Curmi. Jipprietka l-Kan. Anton Galea Scannura. Wara, Talba tal-Kwindiċina, Innu, Salve Reġina, Litanija, Antifona u Barka Sagramentali.

 

8.15pm Mal-Barka Sagramentali fi tmiem il-funzjoni tat-Tridu jsir ħruq ta’ musketterija u murtaletti bil-logħob.

 

8.30pm Il-Banda Re Ġorġ V dejjem taħt id-direzzjoni ta’ Mro. David Agius tagħmel il-marċ tradizzjonali tagħha fost il-briju kbir u l-ispettaklu li ħejjew għalina s-Sezzjoni Żgħażagħ. Il-marċ jibda minn quddiem il-Każin u jkompli hekk: Triq San Bażilju, Triq Valletta, Triq il-Fjuri, Triq il-Parroċċa mit-tarf, il-Pjazza tal-Knisja, Triq San Bażilju u jintemm fil-Pjazza quddiem il-Każin.

 

Wara l-marċ jingħata bidu għal spettaklu kbir li jinkludi filmati awdjoviżivi u spettaklu ta’ dwal, karti u nar sinkronizzati mal-mużika fil-Pjazza quddiem is-Sede tas-Soċjetà.

 

9.30pm Ħruq ta’ murtali tal-beraq pront u tal-kulur.

 

11.30pm Ħruq ta’ musketterija ma’ tmiem il-marċ. Wara jsir ħruq ta’ logħob tan-nar tal-art.

 Filmati