Jum il-Banda – L-Erbgħa, 10 ta’ Awwissu 2016

6.30pm Quddiesa kantata, talba tal-kwindiċina u barka sagramentali. Imexxi Mons. Joe Bugeja.

 

8.15pm Il-Banda Re Ġorġ V, taħt id-direzzjoni tas-Surmast direttur tagħha, Mro David Agius, tagħmel il-marċ trijonfali li jibda minn ħdejn il-Bini Muniċipali tal-Kunsill għall-Pjazza tal-Knisja, Triq San Bażilju u jintemm fil-Pjazza quddiem il-Każin.

 

8.30pm Il-Banda Re Ġorġ V, taħt id-direzzjoni tas-Surmast direttur tagħha, Mro David Agius, tagħti bidu għall-Programm Vokali u Strumentali fuq il-planċier taħt il-Patroċinju tal-W.R. Fr. John Curmi, Kappillan tal-Parroċċa tal-Imqabba. Wara jsir riċeviment għall-mistednin distinti, soċji, benefatturi u partitarji kollha.