Felic Zammit

 

Felic ZammitFelic Zammit kien jiġi iben il-benestant Nikola (in-Naxxari) u Theresa née Sapiano (bint l-arluġġar Mikielang Sapiano). Kien ukoll jiġi minn Dun Alfons Caruana. In-nannu ta’ Felic kien Innocenzo Zammit (in-Naxxari) li kien għamel spejjeż tiegħu l-istatwa tal-Kunċizzjoni popolarment magħrufa bħala Tal-Ġilju fil-1876. Felic Zammit kien mar jistudja barra minn Malta biex jilħaq qassis pero ma kienx kompla l-kors.

 

Huwa laħaq President tal-Każin Giorgio V fis-sena 1910 u baqa’ President sal-1920 meta mbagħad għal ftit taż-żmien bħala President sar Mikiel Ellul (Sherjam). Ta’ min jgħid li dak iż-żmien, il-presidenti tal-każini kienu jkunu nies ta’ kultura u magħżula minn fost l-aqwa nies tar-raħal. Felic Zammit kellu wkoll inklinazzjoni Stricklandjana u kien ukoll jagħmel il-meetings fl-Imqabba bl-intenzjoni li joħroġ għall-elezzjoni mal-Partit ta’ Lord Gerald Strickland.

 

Referenzi: Lia Carmen (1960 – ): Ġrajjiet is-Soċjetà Santa Marija u l-Banda Re Ġorġ V fl-Istorja ta’ l-Imqabba – Mqabba: Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V, 1997 xvi,236p.:29.2cm ISBN 99909-68-30-6 paġna 51 u 63.