Pawlu u Baskal Xuereb

Pawlu u ibnu Baskal li kien ukoll Soċju tal-M.U.S.E.U.M., kienu ‘mgħallmin’ prim. Dak iż-żmien il-bennejja kienu mgħarufa bħala ‘mgħallmin’. Pawlu Xuereb bena l-Kappella tan-Nazzarenu fiċ-Ċimiterju tal-Imqabba.

 

Baskal Xuereb daħal għax-xogħol tal-bini mill-ġdid wara t-tiġrif tal-Gwerra fosthom tal-koppla tal-Knisja Parrokkjali fl-1948. Baskal Xuereb kien il-bennej ta’ diversi djar fl-Imqabba u bena l-Mużew tas-subien kif ukoll il-Każin tal-Madonna tal-Ġilju. L-opri tiegħu huma mxerrdin ma’ Malta kollha fosthom il-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara u djar ‘l hawn u ‘l hemm fosthom vilel.

 

Referenza: Charles Farrugia, L-IMQABBA Mal-Medda taż-Żmien, Pubblikazzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Imqabba u l-Knisja Parrokkjali f’Għeluq l-Erba’ mitt sena mit-twaqqif tal-Parroċċa tal-Imqabba, Malta, 1998, pp 215.