Gelarmo Dingli

Gelarmo DingliGelarmo Dingli twieled fl-Imqabba fis-7 ta’ Jannar 1910. Il-ħajra ta’ statwarju ġietu minn mindu kien tifel. Kien dejjem jifforma bit-tajn u t-tafal il-figuri, fosthom pasturi. Għal raħal twelidu hu għamel il-vara tal-Madonna tad-Duluri li ġiet imbierka nhar il-Ħadd 27 ta’ Marzu 1977.

 

Hu ħalla diversi opri mxerrdin ma’ Malta kollha, fosthom dawk ta’ Xmun iċ-Ċirinew u ta’ Ġuda fil-Parroċċa ta’ Ħaż-Żebbuġ, fl-1964 u l-1978 rispettivament, u statwi oħrajn għall-Mosta fl-1963 u għal Ħal Luqa fl-1973. Gelarmo Dingli miet ir-Rabat, Malta fis-26 ta’ Mejju 1994 fl-età ta’ 84 sena.

 

Referenza: Charles Farrugia, L-IMQABBA Mal-Medda taż-Żmien, Pubblikazzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Imqabba u l-Knisja Parrokkjali f’Għeluq l-Erba’ mitt sena mit-twaqqif tal-Parroċċa tal-Imqabba, Malta, 1998, pp 216.