Dun Alfons Caruana

Dun Alfons CaruanaDun Alfons Caruana twieled fl-Imqabba fl-1854. Dun Alfons daħal patri mal-Ordni tal-Frangiskani Minuri u qaleb għal qassis fl-20 ta’ Ġunju 1877. Hu kien prokuratur tal-Knisja Parrokkjali tal-Imqabba bejn id-9 ta’ Jannar 1980 u t-18 ta’ Frar 1892. L-impenji bħala qassis ħaduh ‘il bogħod minn xtutna għaliex mar fil-Lvant Imbiegħed u ħadem ukoll f’pajjiżi Għarab bħall-Alġerija. Kien membru fil-Kumitat ta’ Istitut tal-Karità.

 

Fl-1895, Dun Alfons Caruana ġie elett Kunsillier Indipendenti fuq id-disa’ distrett elettorali fil-Kunsill biex b’hekk hu jista’ jissejjaħ l-ewwel politiku Mqabbi. Permezz ta’ din il-kisba importanti, hu kellu saħħa kbira fiċ-ċrieki amministrattivi tal-pajjiż.

 

Hu sar President tal-Każin Vittoria, l-ewwel Każin Soċjali fl-Imqabba fejn mhux biss ħadem biex inaqqas il-piki iżda kien influwenti politikament biex sebbaħ il-lokal. Marbut ma’ dan hu l-iffurmar ta’ ġnien pubbliku fl-inħawi tal-Mintna fejn waqqaf l-istatwa ta’ San Franġisk. Hu kien ukoll President tal-Banda Concordia taż-Żurrieq. Fit-8 ta’ Diċembru 1899, hu laħaq Kanonku tal-Kripta tal-Koleġġjata ta’ San Pawl tar-Rabat. Ġrajja importanti fil-ħidma ta’ Dun Alfons Caruana seħħet fl-1 ta’ Diċembru 1896 meta bierek l-impjant tal-ġenerazzjoni tal-elettriku fuq ix-xewqa tal-Gvernatur Fremantle.

 

Dun Alfons Caruana miet wara marda qalila u twila nhar il-Ġimgħa 21 ta’ April 1905 fir-Rabat, Malta, fl-età ta’ 51 sena.

 

Referenza: Charles Farrugia, L-IMQABBA Mal-Medda taż-Żmien, Pubblikazzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Imqabba u l-Knisja Parrokkjali f’Għeluq l-Erba’ mitt sena mit-twaqqif tal-Parroċċa tal-Imqabba, Malta, 1998, pp 216.