Dun Manwel Caruana

 

Dun Manwel CaruanaDun Manwel Caruana twieled fil-5 ta’ Diċembru 1943 u ġie ordnat qassis fis-26 ta’ Ġunju 1971. Wara li fl-Imqabba beda jinħass il-bżonn ta’ saċerdot ieħor, l-ET Arċisqof ta’ Malta, Mons. Pawlu Cremona OP għoġbu jibgħat lil Dun Manwel Caruana mill-Parroċċa taż-Żurrieq sabiex ikun jista’ jgħin fit-tmexxija spiritwali tal-parroċċa u jifforma parti mill-kleru tal-parroċċa. Sakemm ġie fostna Dun Manwel, il-kleru tal-parroċċa kien jikkonsisti fi tlett saċerdoti; l-Kappillan Dun Nazzaren Caruana, Patri Karm Zammit O.P. u Dun Trevor Fairclough.

 

Fil-fatt kien propju fl-1 ta’ April 2011 meta Dun Manwel beda uffiċjalment il-ħidma pastorali tiegħu ġewwa l-Imqabba. Is-Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V tal-Imqabba tawgura lil Dun Manwel ħidma fejjieda b’risq l-Imqabbin kollha.

 

Ad multos annos.