Mro Francesco Azzopardi U.S.S.M.

 

Francesco AzzopardiIs-Surmast Francesco Azzopardi kien l-aħħar surmast li minn taħtu għaddiet l-Orkestra Santa Marija. Huwa twieled Ħad-Dingli nhar l-20 ta’ Novembru 1915 u minn informazzjoni mgħoddija minn qraba tiegħu, nafu li miet nhar il-11 ta’ Lulju 1987. Nafu wkoll li kien vjolinista tajjeb u li kien kiseb diploma mużikali mill-United States School of Music fis-sena 1957.

 

Referenzi: Programm Festa Santa Marija 1995, Mqabba, paġna 117 – Kitba tas-Sur Joseph Farrugia.